e-spark 22

6
E - spark 22 GUNJU 2010 Vocations e-newsletter E-Spark hija newletter elettronika hi mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet, tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com L-AHHAR GOAL NEW WEBSITES SOCCER QUOTES MALTA CHAPELS The road you choose…… …...will you take me with you ? God

description

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who wish to do something about it

Transcript of e-spark 22

Page 1: e-spark 22

E - spark 22

GUNJU 2010

Vocations e-newsletter

E-S

par

k h

ija

new

lett

er e

lett

ronik

a hi

mah

ruga

mic

-Cen

tru t

al-V

okaz

zjo

nij

iet,

tal

-Vir

tu,R

ab

at .

Tel

: 21

450

354

-

w

ww

.vo

ka

zzjo

ni.

com

L-AHHAR GOAL

NEW WEBSITES

SOCCER QUOTES

MALTA CHAPELS

The road you choose…… …...will you take me with you ? God

Page 2: e-spark 22

L-aħħar gowl / 1 Pele jsejjaħ il-futbol “dik il-logħba sabiħa” u għal miljuni ta’ nies madwar id-dinja, dan huwa fatt! Il-futbol

jolqot l-immaġinazzjoni u jqajjem passjoni kbira.

“L-akbar show tad-dinja” tintlagħab bejn il-11 ta’ Ġunju u l-11 ta’ Lulju ta’ din is-sena, u ħafna minna se nkunu qed insegwu u nasqmu ma’ sħabna dak li jkun qed jiġri. Kulħadd ikun qed jispekula liema tim se jkun

ir-rebbieħ. Id-diskors fil-jiem li ġejjin bla dubju jdur fuq xi sorpriża li

ma nistennewhiex, xi diżappunt li jkollna nġorru, x’riżultati huma meħtieġa biex it-timijiet jikkwalifikaw, jew x’tibdil irid jitwettaq fil-forma

tat-tim.

L-aqwa plejers se jkunu qed jissieltu biex jiskbu l-unur ta’ World Cup Champions. Bla dubju se jagħtuna spettaklu ta’ atletika, talent

personali, ambizzjoni ukoll, u ħafna determinazzjoni. Għal xi whud mil-

plejers din se tkun l-ewwel darba li se jieħdu sehem f’logħob tant importanti. Faċli wieħed jinġarr mill-popolarità u jinsa x’inhu l-iskop

veru tiegħu. Is-sens sportiv jista’ jiċċajpar fiċ-ċentru tal-attenzjoni. Ix-

xewqa li jispikka u jiskeb fama personali tista’ twassal plejer biex jagħmel żbalji u ttellef lit-tim tiegħu milli jiskeb il-goal veru: it-trofew

tad-deheb.

Din hija logħba bir-regoli tagħha. Il-plejers jafuhom ir-regoli imma spiss jiksruhom meta jaraw li jaqblilhom hekk, jew meta jaħsbu li mhu

qed jarahom ħadd! Min jaf kemm se naraw karti sofor u forsi anke xi

karta ħamra, ħtija ta’ fouls jew injuries foloz... Faċli wieħed jinsa li għemilu se jkollu impatt fuq tant oħrajn!

Is-sorveljanza hija ħaġa neċessarja dejjem. Ir-referees avolja mhux

dejjem ikunu milqugħin mis-sapporters, huma preżenza li tagħti sigurtà

lill-plejers. L-awtorità tar-referee u l-mod kif jiddeċiedi, tagħmel id-differenza kollha bejn logħba sabiħa u

waħda mimlija tensjoni. Id-deċiżjoni tar-referee taf tkun iktar importanti minn kemm tim idaħħal blalen ġox-

xibka.

Fr Mike

Page 3: e-spark 22

L-aħħar gowl / 2 Il-goalkeeper ukoll huwa membru uniku tat-tim. Idejh iridu jkunu li jsalvaw! S’intendi huwa jkollu l-koperazzjoni tal-plejers l-oħra kollha imma l-mument deċiżiv ikun dejjem

f’idejn nru 1. Kull goalkeeper għandu l-istil tiegħu... Min

hu aktar konservattiv u min hu lest jieħu riskju u joħorġ il-bogħod mill-lasta. Imma dejjem l-iskop hu wieħed: trid

tkun f’postok fil-mument deċiżiv. Plejers oħra li ma jkunux fiċ-ċentru tal-attenzjoni huma

dawk li ma jintlagħbux u jkunu qed jistennew sostitut. Li tkun fuq il-bank mhix esperjenza sabiħa imma bosta

logħbiet ġew salvati minn sostituzzjoni f’waqtha! Ovvjament, mhux kulħadd se jkun qed jinteressa ruħu.

Waqt li għad-dilettanti xejn ma joqgħod ħdejn il-World Cup, oħrajn jarawha logħba bla sens. Imma nissuspetta li

kulħadd ikollu l-preferenzi tiegħu, anke jekk ma jgħid lil ħadd bihom! Kulħadd għandu x-xewqat tiegħu u l-ħolm

tiegħu li jixtieq iwettaq. F’kelma waħda: kulħadd irid jirbaħ.

Bħal dawk l-ispettaturi li se jkunu xortihom tajba biżżejjed

li jmorru jaraw il-logħob fl-Afrika t’Isfel, kultant il-ħajja tkun esperjenza unika li ma tkunx tixtieqha tispiċċa! Imma

anke jekk il-logħob se tarah minn fuq it-TV jew xi big screen, jew jekk biss tisma’ l-għajat tas-sapporters ġo xi

każin, int involut ukoll. Il-ħajja hija logħba u int qed tilgħab. Skont kif tilgħab u skont kemm timpenja ruħek: ir

-riżultat. Bħalma hemm timijiet li jkollhom stilla fuq il-gear, u hemm

ukoll min m’għandux, hekk ukoll hemm bnedmin li

ppruvaw u oħrajn li qatt ma jipprovaw jgħixu. Ejjew nieħdu gost bl-ispettaklu tal-futbol imma ma ninsewx li ħajjitna

għal Alla hi spettaklu: Hu ħalaqna biex nagħmlu suċċess. Mhux suċċess kif tifhem id-dinja ta’ llum, jew għax dejjem

jiġu l-affarijiet kif irridu aħna, jew għax nilgħabu waħedna. Imma suċċess għax qed ngħixu aħna. Anke jekk nitħabtu

u nħabbtu wiċċna ma’ fallimenti u tfixkil, Alla jibqa’ mmeraviljat b’dak li nagħmlu u nsibuh magħna bħala l-akbar

sapporter tagħna. Ejjew ma niddiżappuntawhx! Fr Mike

Page 4: e-spark 22

SOCCER QUOTES

Success is no accident. It is hard work, persever-ance, learning, studying, sacrifice and most of all, love of what you are doing or learning to do. Pele

Fail to prepare, prepare to fail. Roy Keane

I am a member of a team, and I rely on the team, I defer to it and sacrifice for it, because the team, not the individual, is the ultimate champion. Mia Hamm

All good athletes make mistakes; the great ones learn to make that mistake only once. Raul Lopez

Page 5: e-spark 22

http://www.ewtn.com/faith/teachings/euchmenu.htm

Thank you Jesus for remaining with us in this Sacrament of Love. May all people come to You because in the Monstrance You are with Your body, soul and divinity!

Adoration Of The Blessed

Sacrament (Music with

Hymns)

http://www.youtube.com/watch?v=wr1rAv_XOWk

New websites

Page 6: e-spark 22

Malta churches

Church of Our Lady of Hodegitria

The Church situated on the top of the cliff at Binġemma, was built in the 17th century and is served by the community of Priests from St. Agatha, Rabat

(M.S.S.P.)

Telephone

21454813

Holy Masses

F’parti mill-isbaħ ta’ l-Imġarr f'Malta, kollha ħdura, bis-siġar tal-

frott u b’raba mill-aqwa, bi ftit irziezet qodma għad-dell tal-għolja

tan-Nadur u mxabbta magħha, fin-naħa tax-xlokk, hemm iż-żona

msejħa ta’ Binġemma.

Fit-tarf ta’ l-irdum insibu kappella ħelwa, pittoreska bl-isem

stramb tal-Madonna ta’ Itria. Xi wħud isejħulha bħala "Il-Madonna

ta’ l-Ittra", imma mhux il-każ għaliex propjament din il-kappella

hija ddedikata lill-Madonna ta’ Hodegitria.

http://www.google.com.mt/imgres?imgurl=http://www.kappellimaltin.com/assets/images/autogen/a_Madonna_ta__Ittrea_-

_Bingemma19.jpg&imgrefurl=http://www.kappellimaltin.com/html/

ta__itria.html&usg=__KB_fuKuxmjK5P1mzBTh79hsE_WY=&h=349&w=500&sz=56&hl=mt&start=3&um=1&itbs=1&tbn

id=08TYG72XNVqCEM:&tbnh=91&tbnw=130&prev=/images%3Fq%3DIl-Madonna%2Bta%2527%2Bl-Ittra%26um%

3D1%26hl%3Dmt%26cr%3DcountryMT%26sa%3DN%26gbv%3D2%26tbs%3Disch:1