e-spark 23
-
Upload
diocesan-vocation-centre -
Category
Documents
-
view
234 -
download
3
description
Transcript of e-spark 23
E - spark 23
LULJU 2010
Vocations e-newsletter
E-S
par
k h
ija
new
slet
ter
elet
tro
nik
a m
ahru
ga
mic
-Centr
u t
al-V
okaz
zjo
nij
iet
tas-
Sem
inar
ju,
tal-
Vir
tu,R
abat
.
Tel
: 21
450
354
-
w
ww
.vo
ka
zzjo
ni.
com
MESSAGG
NEW WEBSITE : IL-MAJJISTRAL
DAILY STARTER
TALBA
Ħajja ta’ min jgħixha
Xi kultant niltaqa’ ma’ żgħażagħ li jkunu jidhru li
jixtiequ jagħmlu xi ħaġa sabiħa b’ħajjithom.
Forsi anke inti tħossha din – xewqa li tagħmel
differenza fid-dinja ta’ madwarek. Min ikun
ikbar x’aktarx iħoss ukoll li t-tip ta’ ħajja li qed
jgħix mhix bħalma mmaġinaha li se tkun. Qisu
hemm xi ħaġa nieqsa. Jew forsi qed tfittex
iktar.
Jista’ jkun li Alla qed isejjaħlek biex
tkompli l-vjaġġ tiegħek minn triq
differenti?
Hu dejjem Ġesù li jqanqal fik xewqa li tagħmel xi ħaġa kbira bil-ħajja tiegħek
(Papa Ġwanni Pawlu II, Jum Dinji taż-Żgħażagħ,
Ruma, 2000).
X’għandi nagħmel?
Jekk il-ħajja ta’ qassis qed tinteressak, hemm
bosta affarjiet li tista’ tagħmel. L-ewwelnett
kompli itlob. Lill-Ispirtu s-Santu ’tih ħin u
spazju biex imexxik. Forsi tista’ ukoll tkellem lil
xi saċerdot li taf. Imma għamel xi ħaġa.
Fr Michael Bellizzi
U kif se nkun naf li Alla qed isejjaħli biex insir qassis? Fil-bidu jista’ jkun hemm xewqa li sservi lil Alla u bnedmin oħra, biex tressaqhom qrib tiegħu. Ara dawn id-domandi
sempliċi u rrifletti fuqhom...
:: Tieħu gost tkun viċin in-nies?
:: Tieħu gost taħdem ma’ oħrajn?
:: Tħoss għall-oħrajn biex tkun tista’ tifhimhom u tgħinhom? :: Ġieli tintebaħ li Alla hu ħafna viċin tiegħek?
:: Taċċetta l-falliment fik u f’persuni oħra meta jonqsuk?
:: Lest tagħmel sagrifiċċji biex tirnexxi f’xi ħaġa li għalik bis-sens? :: Il-verità hija mportanti għalik?
Jekk bosta minn dawn il-mistoqsijiet ġegħluk tagħti risposta posittiva, mela tista’ tkun indikazzjoni li Alla qed jistenna xi ħaġa aktar minnek. Forsi anke li ssir qassis...
Fr Michael Bellizzi
Ġesù dar u qalilhom: “Xi tridu?”
Huma staqsewh: “Fejn toqgħod, Mgħallem?”
Hu weġibhom: “Ejjew u taraw” (Ġwanni 1, 38).
Riflessjoni
Kien jeħtieġ mexxej għall-poplu tiegħu, u għażel raġel xih: u Abraham qam u mar warajh.
Kien jeħtieġ blata biex fuqha jibni l-Knisja tiegħu, u għażel lil dak li ċaħdu: u Pietru qam mar warajh. Kien jeħtieġ qalb biex turina mħabbtu, u għalhekk għażel mara midinba: ħadd ħlief Marija Maddalena.
Kien jeħtieġ xhud biex iwassal l-Aħbar fost il-pagani, u għalhekk għażel lil dak li kien jippersegwitah: u Pawlu qam u
mar warajh.
Illum Hu jeħtieġ lil xi ħadd biex jiġbor flimkien lill-poplu tiegħu.
Jekk qed jagħżel lilek – anke jekk qed tibża’ – ma tistax tagħti lilek innifsek? [email protected]
Fr Michael Bellizzi
Start each day on a positive note!
New websites http://www.majjistral.org/index.html
Festi Reliġjuzi f’Malta u Għawdex 2010
http://maltadiocese.org/files/2009/09/Dati-tal-Festi-20103.pdf