Junior School Convent of the Sacred Heart School...

16
Junior School Convent of the Sacred Heart School Foundation Karta Mudell Year 4 Malti Duration: 1 hour 40minutes Grammatika A. Poġġi l-artiklu quddiem in-nom (10 marki) Eżempju: __-kelb, il- kelb __-uniformi, __-żiemel, __-xitwa, __-nemus, ___-sena, __-storja, __- nanna, ___- frott, __- spiżjar, ___-għalliema B. aqqad dawn in-nomi kollettivi flimkien li ġejjin. L-ewwel waħda hija lesta (10 marki) 1. bukkett ( ) karti 2. mazz ( ) ċwievet 3.borġ ( ) vapuri 4. boton ( ) għeneb 5.folla ( ) mogħoż 6. merħla ( ) żrameġ 7.għanqud ( ) nies 8. flotta ( ) għasafar 9. mazz ( 1 ) fjuri 10. bejta ( ) nemel 11.serbut ( ) ġebel Total: 90 Sub Total: 20 2 20

Transcript of Junior School Convent of the Sacred Heart School...

Page 1: Junior School Convent of the Sacred Heart School ...sacredheartmalta.org/wordpress/wp-content/uploads/2012/12/Karta-Mudell-Grammatika... · Taħriġ il-fehem – Żewġ ħwienet tal-kafe`

Junior School

Convent of the Sacred Heart School Foundation

Karta Mudell Year 4 Malti Duration: 1 hour 40minutes

Grammatika

A. Poġġi l-artiklu quddiem in-nom (10 marki)

Eżempju: __-kelb, il- kelb

__-uniformi, __-żiemel, __-xitwa, __-nemus, ___-sena,

__-storja, __- nanna, ___- frott, __- spiżjar, ___-għalliema

B. Għaqqad dawn in-nomi kollettivi flimkien li ġejjin. L-ewwel waħda hija lesta

(10 marki)

1. bukkett ( ) karti

2. mazz ( ) ċwievet

3.borġ ( ) vapuri

4. boton ( ) għeneb

5.folla ( ) mogħoż

6. merħla ( ) żrameġ

7.għanqud ( ) nies

8. flotta ( ) għasafar

9. mazz ( 1 ) fjuri

10. bejta ( ) nemel

11.serbut ( ) ġebel

Total:

90

100

Sub

Total:

20

2 20

Page 2: Junior School Convent of the Sacred Heart School ...sacredheartmalta.org/wordpress/wp-content/uploads/2012/12/Karta-Mudell-Grammatika... · Taħriġ il-fehem – Żewġ ħwienet tal-kafe`

Ċ. Ikteb dawn is-sentenzi mill-ġdid u poġġi l-punteġġjatura fejn meħtieġ

Eżempji: Fil-Milied kilt soppa għaġin laħam u pudina.

Fil-Milied kilt soppa, għaġin, laħam u pudina. (10 marki)

1. Franco għandu kelb qattus ħuta u serp id-dar

______________________________________________________________

2. Fejn toqgħod inti

3. Fil-bagalja tfajt il-libsa ix-xugaman il-ktieb u iż-żarbun

____________________________________________________________

4. Fejn tmur skola qalet it-tifla _______________________________________________________________________________

D. Imla l-vojt b’aġġettivi (8 marki)

1. Xtrajt libsa ________ .

2. Il-kelb tiegħi hu _________ .

3. It-tifel lagħab bil-ballun _________ .

4. It-torta kienet ___________ .

5. L-għalliema _________ spjegat l-lezzjoni.

6. Il-fjuri ________ kienet tfuħ ferm.

7. Ir-raġel ________ kellu juża bastun biex jimxi.

8. Toni kellu ballun ___________.

Sub

Total:

18

Page 3: Junior School Convent of the Sacred Heart School ...sacredheartmalta.org/wordpress/wp-content/uploads/2012/12/Karta-Mudell-Grammatika... · Taħriġ il-fehem – Żewġ ħwienet tal-kafe`

Taħriġ il-fehem – Żewġ ħwienet tal-kafe`

Aqra din is-silta darbtejn u wieġeb dawn il-mistoqsijiet

Wieħed raġel mill-Belt mar iqatta’ erbat ijiem fir-raħal. Ġurnata waħda mar fil-

ħanut tal-kafe` li kien jismu ”Il-Ħanut tal-ħbieb”, u staqsa lil sidu kif kien sejjer in-

negozju.

Tal- ħanut wieġbu:

Ħażin kemm jista’ jkun. In-nies m’għandhomx jiġu hawn biex jixorbu,

imma qegħdin imorru fil-ħanut il-ġdid li fetaħ m’ilux wisq f’dit-triq. Min jaf l-

għala, hux? Kulħadd jaf li l-kafe` tiegħi hu itjeb minn dak tal- ħanut l-ieħor.”

“Jekk ma tieħux għalik,” qallu l-ieħor, “jien naf ngħidlek l-għala.”

“Għidli, għidli,” wieġeb sid il-ħanut; “tagħmilli pjaċir li nibqa’ nafhulek għomri kollu.”

“Mela ħalli ngħidlek ċar u tond,” qallu l-Belti.

“Il-kafe` tal-ħanut il-ġdid mhux tajjeb daqs

tiegħek, u dan in-nies jafuh. Iżda l-kikkri tiegħu huma

ndaf. Il-kafe` tiegħek, min-naħa l-oħra, hu tajjeb

ħafna imma l-kikkri huma maħmuġa u mxellfin. Il-kafe`

jista’ jkun tajjeb kemm trid int, iżda ħadd mhu ġej biex

jixrob minn kikkri maħmuġa. Mela iftaħ għajnejk.

Aħsel il-kikkri u żommhom dejjem indaf. Aħsel sew l-

art u ġibha tleqq. Naddaf ukoll it-twieqi, u l-imwejjed żommhom irranġati u sbieħ.

Imbagħad tara li l-parruċċani jerġgħu jiġu fil-ħanut tiegħek. U l-bejgħ tiegħek jikber

aktar milli qatt kont tobsor.”

Page 4: Junior School Convent of the Sacred Heart School ...sacredheartmalta.org/wordpress/wp-content/uploads/2012/12/Karta-Mudell-Grammatika... · Taħriġ il-fehem – Żewġ ħwienet tal-kafe`

Hekk għamel sid “il-Ħanut tal-Ħbieb”. Naddaf il-borom u l-istanjati, il-kikkri u t-

tazzi, ħasel l-art u l-ħġieġ tat-twieqi, u f’kemm ili ngħidlek ma baqgħetx tidher traba jew

tebgħa waħda fil-ħanut. Meta n-nies tar-raħal semgħu b’dan, reġgħu bdew imorru fil-

“Ħanut tal-Ħbieb” biex jixorbu l-kafe` tajjeb minn kikkri nodfa. Ġieli kien hemm tant

nies illi sid il-ħanut bilkemm sata` jlaħhaq magħhom.

“Qed taraw kemm tiswa l-indafa!” kien

imbagħad itenni ta’ sikwit lil uliedu. “L-

indafa ġabitilna l-qliegħ u l-hena, waqt li l-

ħmieg kien għoddu qeridna.”

Żewġ ħwienet tal-kafe`mid-Denfil 4

Page 5: Junior School Convent of the Sacred Heart School ...sacredheartmalta.org/wordpress/wp-content/uploads/2012/12/Karta-Mudell-Grammatika... · Taħriġ il-fehem – Żewġ ħwienet tal-kafe`

A. Ikteb Veru jew Falz wara kull sentenza (4 marki)

1. Darba sid “il-Ħanut tal-Ħbieb” iltaqgħa ma raġel mill-Belt. _______________

2. L-isem tal-ħanut fl-istorja hu l-Ħanut tal-Kikkri._______________

3. Il-kafe` tal-ħanut l-ġdid kien itjeb minn dak tal-Ħanut tal-ħbieb. _____________

4. Il-Belti qal lil sib il-ħanut biex ma jaħsilx il-kikkri. ________________

B. Aqta’ sing taħt il-kelma t-tajba (6 marki)

1. In-negozju ta’ sid il-Ħanut tal-Ħbieb ma kienx sejjer tajjeb għax:

(a) in-nies bdew imorru fil-ħanut il-ġdid li fetaħ m’ilux.

(b) għax in-nies ma kellhomx flus.

(ċ) għax ma kienx jaf jagħmel kafe` tajjeb.

2. Il-Belti qal lil sid il-ħanut biex:

(a) jagħlaq il-ħanut u jsib xogħol iehor.

(b) jaħsel kollox u jżomm dejjem nadif.

(ċ) jibda jaħdem miegħu.

3. Sid il-“Ħanut tal-Ħbieb”

(a) għamel kif qallu l-Belti u ma baqgħetx tidher traba fil-ħanut.

(b) mar jaħdem għand il-ħanut tal-kafe` il-ġdid.

(ċ) biddel il-ħanut tal-kafe` f’wieħed tal –ħwejjeġ.

Sub

Total:

7

Page 6: Junior School Convent of the Sacred Heart School ...sacredheartmalta.org/wordpress/wp-content/uploads/2012/12/Karta-Mudell-Grammatika... · Taħriġ il-fehem – Żewġ ħwienet tal-kafe`

4. Meta n-nies tar-raħal semgħu li sid il-“Ħanut tal-Ħbieb” kien naddaf kollox fil-ħanut:

(a) bdew inaddfu d-dar taghħom ukoll.

(b) baqgħu jmorru għal kafe` għand il-ħanut il-ġdid biss.

(ċ) reġgħu bdew imorru fil- “Ħanut tal-Ħbieb”.

5. Ġieli kien hemm tant nies għand il-“Ħanut tal-Ħbieb”li sid il-ħanut:

(a) bilkemm sata’ jlaħħaq magħhom.

(b) kien jibda jibki.

(ċ) kien joqgħod bil-qegħda.

6. L-indafa lil sid il-ħanut ġabitlu:

(a) l-inkwiet

(b) l-qliegħ u l-hena

(ċ) il-mejda

Ċ. Agħmel sing dwar 3 Nomi Komuni li qegħdin fis-silta: (3 marki)

Eżemplu: nom komun: it-triq

ħażin, tajjeb, l-art, ħanut, kien, raġel,

Sub

Total:

6

Page 7: Junior School Convent of the Sacred Heart School ...sacredheartmalta.org/wordpress/wp-content/uploads/2012/12/Karta-Mudell-Grammatika... · Taħriġ il-fehem – Żewġ ħwienet tal-kafe`

D. Fisser fi kliemek dawn il-frażijiet/kliem meħudin mis-silta, (4 marki)

tagħmilli pjaċir ______________________________________________________

ħalli ngħidlek ċar u tond _______________________________________________

iftaħ għajnejk______________________________________________________

tobsor_______________________________________

E. Wieġeb dawn il-mistoqsijiet b’sentenzi sħaħ (10 marki)

1. Fejn mar darba wieħed raġel mill-Belt? (2 marki)

__________________________________________________________________

_________________________________________________________________

2. Kif kien sejjer in-negozju fil-“Ħanut tal-Ħbieb?” (2 marki)

__________________________________________________________________

_________________________________________________________________

3. Fejn bdew imorru n-nies minflok? (2 marki)

__________________________________________________________________

_________________________________________________________________

4. X’parir tah il-Belti lil sid il-“Ħanut tal-Ħbieb?” (2 marki)

__________________________________________________________________

__________________________________________________________________

5. X’kien jgħid lil uliedu sid il-“Ħanut tal-Ħbieb” dwar l-indafa? (2 marki)

__________________________________________________________________

__________________________________________________________________

Sub

Total:

14

Page 8: Junior School Convent of the Sacred Heart School ...sacredheartmalta.org/wordpress/wp-content/uploads/2012/12/Karta-Mudell-Grammatika... · Taħriġ il-fehem – Żewġ ħwienet tal-kafe`

Kitba Kreattiva

Agħżel wieħed minn dawn it-titli u ikteb madwar 100 kelma.

1. Il-programm televiżiv favorit tiegħi.

Tista’ tgħid x’jismu l-programm u meta tarah.

Tista’ tgħid kemm hu twil dan il-programm.

Iddeskrivi dan il-programm u għaliex tieħu

pjaċir tarah.

Inti tarah waħdek dan il-programm jew

ma’ xi ħadd ieħor?

Inti titgħallem xi ħaġa minn dan il-

programm?

2. Il-passatemp tiegħi.

Tista’ tgħid liem’hu l-passatemp tiegħek u

meta jkollok ċans għalih.

Tista’ tgħid għaliex tħobb dan il-passatemp.

Tista’ tispjega ftit dwar il-passatemp tiegħek,

x’toqgħod tagħmel, jekk għandekx bżonn ta’ xi

affarijiet biex tippratikka dan il-passatemp

per eżempju xi strument tal-mużika, il-pjanu

Page 9: Junior School Convent of the Sacred Heart School ...sacredheartmalta.org/wordpress/wp-content/uploads/2012/12/Karta-Mudell-Grammatika... · Taħriġ il-fehem – Żewġ ħwienet tal-kafe`

3. Daniel imur l-iskola

Uża l-istampi t’hawn taħt biex tikteb storja. Tista’ tuża’ dawn il-kliem li ġejjin.

(qam fil-għodu, sodda, banju, neża l-piġama, libes l-uniformi, kiel xi ħaġa, ħaħsel snienu,

għamel xagħru, wasal l-minivan))

1. 2.

.

3. 4.

5. 6.

7. 8.

Page 10: Junior School Convent of the Sacred Heart School ...sacredheartmalta.org/wordpress/wp-content/uploads/2012/12/Karta-Mudell-Grammatika... · Taħriġ il-fehem – Żewġ ħwienet tal-kafe`

Titlu __________________________________________________ Numru: □ _________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________________

Għall-użu tal-għalliema:

Ideat: _______/5 Ortografija: _______/5 Grammatika: _______/5

Struttura: _______/5 Espressjonijiet: _______/5

Marka Totali _______/25

Page 11: Junior School Convent of the Sacred Heart School ...sacredheartmalta.org/wordpress/wp-content/uploads/2012/12/Karta-Mudell-Grammatika... · Taħriġ il-fehem – Żewġ ħwienet tal-kafe`
Page 12: Junior School Convent of the Sacred Heart School ...sacredheartmalta.org/wordpress/wp-content/uploads/2012/12/Karta-Mudell-Grammatika... · Taħriġ il-fehem – Żewġ ħwienet tal-kafe`
Page 13: Junior School Convent of the Sacred Heart School ...sacredheartmalta.org/wordpress/wp-content/uploads/2012/12/Karta-Mudell-Grammatika... · Taħriġ il-fehem – Żewġ ħwienet tal-kafe`
Page 14: Junior School Convent of the Sacred Heart School ...sacredheartmalta.org/wordpress/wp-content/uploads/2012/12/Karta-Mudell-Grammatika... · Taħriġ il-fehem – Żewġ ħwienet tal-kafe`
Page 15: Junior School Convent of the Sacred Heart School ...sacredheartmalta.org/wordpress/wp-content/uploads/2012/12/Karta-Mudell-Grammatika... · Taħriġ il-fehem – Żewġ ħwienet tal-kafe`
Page 16: Junior School Convent of the Sacred Heart School ...sacredheartmalta.org/wordpress/wp-content/uploads/2012/12/Karta-Mudell-Grammatika... · Taħriġ il-fehem – Żewġ ħwienet tal-kafe`