BAŻILIKA PROTOPARROKKJALI SAN Ġ MARTRI · persuni, saċerdoti, reliġjużi u lajċi, li għenu...
Transcript of BAŻILIKA PROTOPARROKKJALI SAN Ġ MARTRI · persuni, saċerdoti, reliġjużi u lajċi, li għenu...
L-Uffiċċju Parrokkjali, Triq il-Karità, Victoria VCT 1200, Għawdex | t: 2155 6377 | e: [email protected] | L-Arċipriet • m: 7920 4434 | e: [email protected]
w: www.stgeorge.org.mt | fb: www.facebook.com/SanGorg | live streaming: www.youtube.com/StGeorgesBasilica | RADJU Leħen il-Belt Victoria [104.00MHz FM Stereo] | t: 2156 5207
BAŻILIKA PROTOPARROKKJALI SAN ĠORĠ MARTRI
Matul iż -ż mien tal-Milied il-Parroċ ċ a tagħmel ħafna spejjeż , fosthom in-Novena, il-fjuri, il-kalendarju u tant aktar. Tqassmilkom l-envelop tal-Istrina tal-Parroċ ċ a. Kunu g eneruż i kif tistgħu u wasslu l-envelop fl-Uffiċ ċ ju Parrokkjali. Nirringrażżjawkom mill-qalb.
Ma’ dan il-Bullettin qed titqassmilkom ħarg a oħra tar-Rivista Il-Belt Victoria mimlija b’ħafna informażżjoni u artikli interessanti. Nirringrażżjawkom ta’ kull donażżjoni għal dan il-materjal stampat, li minbarra li jgħinna nkunu qrib tal-Parroċ ċ a tagħna, iservi għall-g enerażżjonijiet futuri bħala storja ddokumentata.
IL-BELT VICTORIA
L-ISTRINA TAL-PARROĊĊA
Hekk kif għadha kif intemmet l-
esperjenza sabiħa taż-Żjara tal-
Kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu,
fit-triq kulħadd kelma waħda:
“Sebbħitilna knisja... esperjenza
tal-ġenna... festa kif jixraq...”. Ftit
huma d-drabi li fihom qalbna
tant tkun imfawra bil-ferħ li rridu
ngħidu lil kulħadd dak li
ħassejna u għaddejna minnu.
Din kienet waħda minn dawk l-
esperjenzi. Bħal Eliżabetta u
Ġwanni f’ġufha, il-komunità tagħna
taret bil-ferħ u, minn kbar sa
żgħar, kulħadd ħass il-paċi tal-
Omm li teħodna għand Ġesù.
KIEN JIXRAQ LI NAGĦMLU FESTA!
Il-poplu tagħna hu ferm marbut
mal-Madonna Ta’ Pinu. Imur
għandha f’kull ċirkustanza kemm
ta’ ferħ u kemm ta’ qtigħ il-qalb.
Hu għalhekk li l-ferħ kien kbir
meta dwiet l-aħbar li hi xewqa
tal-Isqof tagħna li l-Madonna Ta’
Pinu żżur il-parroċċi. U hekk kull
parti tal-komunità parrokkjali
tagħna xtaqet tkun parti mil-
laqgħa lill-Madonna Ta’ Pinu,
biex hekk issir festa, festa barra u
festa ġewwa; festa ċelebrattiva
u festa ta’ fidi. U hekk kien! Għax
kollha ħassejna li l-ferħ li konna
qed nesprimu fuq barra kien
ħiereġ minn ġewwa, mill-fidi u l-
imħabba li l-Parroċċa għandha
lejn Ommna Marija. Dan jixhduh
il-mumenti kollha tal-24 siegħa li
għamlet magħna.
Nawgura mill-qalb li din l-
esperjenza sservi bħala memorja
storika u memorja tal-qalb tal-
għeġubijiet kbar li jagħmel
magħna l-Mulej fil-ħajja ta’
kuljum permezz ta’ Marija. Grazzi
lil Dun Gerard, Rettur tas-
Santwarju Ta’ Pinu, u lil tant
persuni, saċerdoti, reliġjużi u lajċi,
li għenu b’kull mezz.
ESPERJENZA TAL-ĠENNA
Grazzi mill-qalb lil familja (N.N.) li offriet €350 għal p janeta ġdida għall-festi tal-Madonna li ntużat l-ewwel darba fil-miġja tal-Madonna Ta’ Pinu fil-Parroċċa tagħna, b’suffraġju tal-erwieħ tal-familja.
IL-K
EL
MA
TA
L-A
RĊ
IPR
IET
20-01-2019 Prof. Joseph Vella
21-01-2019 Il-Kan. Ġużeppi Sacco
22-01-2019 Teresa u Rosa u l-Familja Spiteri
23-01-2019 Il-Familja Farrugia
24-01-2019 Carmelina Said
25-01-2019 Il-Familja Azzopardi
26-01-2019 Pawlu Camilleri u Kurt Gauci
AG
ĦT
IHO
M, O
MU
LE
J,
IL-M
IST
RIE
Ħ T
A’ D
EJJ
EM
INTE
NZ
JON
IJIE
T
TA
L-Q
UD
DIE
S
05-01-2019 Nitolbu għal ruħ MARIA STELLA ATTARD li mietet fl-età ta’ 95 sena.
08-01-2019 Saret il-Magħmudija ta’ BENJAMIN, bin George Apap u Stephanie Baldacchino.
13-01-2019 Saret il-Magħmudija ta’ JENNA MAE, bint Joseph Caruana u Anne Marie Grima.
13-01-2019 Saret il-Magħmudija ta’ GERALD, bin Aldo Sultana u Vanessa Azzopardi
KR
ON
AK
A